Tar-roti mħassbin dwar deċiżjonijiet riċenti tal-LESA

Il-Bicycling Advocacy Group (BAG), il-grupp li jaqbeż għad-drittijiet tal-persuni fuq żewġ roti, kif ukoll imexxi stil ta’ ħajja b’aktar użu ta’ roti u inqas ta’ karozzi, jinsba imħasseb dwar id-deċiżjoni tal-LESA li ma tħarrikx mill-ewwel lis-sewwieqa dwar ċerti offiżi żgħar.
Il-BAG irrimark li minn mindu dan seħħ, żdied in-numru ta’ karozzi pparkjati ħażin, jew b’mod perikoluż għas-sewwieqa tar-roti.
Iċ-ċifri kkonfermaw it-tħassib tal-BAG, hekk kif l-ewwel tliet xhur tal-2017 raw kważi d-doppju tal-inċidenti ta’ Marzu tas-sena l-oħra.
Il-BAG argumenta li ż-żieda fl-inċidenti hija improbabbli li ġejja min żieda fl-użu tas-servizz tan-NextBike, għax minu beda s-servizz każ wieħed ġie rrappurtat. Barra minn hekk, l-inċidenti stradali b’roti ilu jonqos mill-2013.
Huwa għalhekk li l-BAG nieda kampanja b’kartelluni jfakkru lis-sewwieqa tar-roti jiċċekkjaw ta’ spiss li għandhom id-dwal tagħhom f’posthom u mixgħula jekk se jsuqu bill-lejl, filwaqt li jkunu aktar attenti għal dak li jiġri madwarhom huma u jaqdfu.