Taqleb għall-aħjar waħda min-nisa li ħabtu l-Imġarr

Waħda miż-żewġ nisa li lbieraħ wara nofsinhar kienu involuti f'ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imġarr, qalbet għall-aħjar u m'għadhiex fil-periklu li titlef ħajjitha. Il-mara għandha 44 sena u residenti San Pawl il-Baħar. Sadanittant, il-mara l-oħra, ta' 43 sena minn Birkirkara għadha fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta' wara nofsinhar fi Triq iż-Żebbiegħ, meta ż-żewġ karozzi ħabtu head-on.
Iż-żewġ nisa nħarġu mill-karozzi tagħhom bl-għajnuna ta' membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-isptar Mater Dei b'ambulanza.