Taqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Ħaż-Żabbar; operata b’urġenza

Arkivji

Mara ġiet operata b’urġenza wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina f’Ħaż-Żabbar, skont rapporti fil-midja.

Tard filgħaxija siti lokali rrappurtaw li mara ta’ 34 sena ġiet attakkata fi Triq is-Santwarju. Raġel ta’ 33 sena ġie arrestat b’rabta mal-inċident. It-tnejn li huma joqgħodu Ħal Safi.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Pulizija b’rabta mal-inċident.