Taqla’ daqqa u jisirquha fl-Imsida

Mara spiċċat weġġgħet gravi wara li rreżistiet presuni li ppruvaw jisirqulha l-basket fl-Imsida.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-każ seħħ ilbieraħ f’11.50pm fi Triq Testaferrata. Jidher li żewġt irġiel ippruvaw jisirqu l-basket tal-mara Ġermaniża. Hi rreżistiethom u kien hemm li allegatament qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes. L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittima l-Isptar Mater Dei.