Taqla’ daqqa ta’ flixkun waqt ġlieda

Tfajla ta’ 20 sena spiċċat biex ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li lbieraħ filgħaxija qalgħet daqqa ta’ flixkun waqt ġlieda f’Ħaż-Żabbar.

Jidher li t-tfajla ġarbet ġrieħi f’rasha wara li ftit wara l-ħdax ta’ filgħaxija ntlaqtgħet minn flixkun tal-ħġieġ.

L-inċident ġara f’Misraħ is-Sliem viċin il-każin tal-banda ta' San Mikiel.