Taqbeż tliet sulari biex tevita ‘gang-rape’

Turista fl-Indja, kellha taqbeż tliet sulari minn gallarija ta’ lukanda, wara li bdiet tibża li grupp ta’ rġiel kienu se jistuprawha.

Jidher li matul il-lejl, sid il-lukanda kien qed jiġi jħabbtilha mal-bieb tal-kamra, u wara li ma tatx kashu, bdiet tisma grupp mdaqqas ta’ rġiel jippruvaw jiftħu l-bieb.

It-turista, residenti r-Renju Unit, bdiet taqbeż għall-gallariji ta’ taħtha u sofriet xi ġrieħi ħfief fil-proċess. Hi rnexxielha tmur għand l-eqreb għassa tal-pulizija, li arrestat sid il-lukanda.

Fl-Indja, aktar kuxjenza qed titqajjem fuq ir-rata allarmanti ta’ gang-rape li jseħħu f’dan il-pajjiż.