Taqbeż l-€40,000 il-ġabra tad-Djoċesi ta’ Għawdex għall-ventilator

Ritratt: © CEphoto, Uwe Aranas

Read in English.

Il-ġabra li qed tagħmel id-Djoċesi ta’ Għawdex biex jinxtara ventilator laħqet is-somma ta’ €41,350.

Fi stqarrija d-Djoċesi ta’ Għawdex qalet li l-ġbir qed jissokta anke wara l-Ġimgħa Mqaddsa.

Fit-3 ta’ April l-Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, kien għamel sejħa lis-saċerdoti tad-djoċesi biex jagħmlu kontribuzzjoni ta’ mhux inqas minn €100 f’dan il-fond biex jinxtara ventilator li huwa stmat li jiswa madwar €50,000. Dan l-appell fetħu wkoll għall-pubbliku.

Wieħed jista’ jgħin b’wieħed minn dawn it-tliet mezzi:

1. Jiddepożita l-għotja tiegħu f’dan il-kont bankarju permezz ta’ online banking jew permezztaRevolut:

Isem tal-kont: COVID 19
Numru tal-kont: 35452320032
IBAN: MT91APSB77013000000035452320032
Swift Code: APSBMTMT

2. Iċempel wieħed minn dawn in-numri:

  • 51502095 – €5
  • 51602017 – €10
  • 51002021 – €20
  • 51902087 – €50

3. Iħalli l-għotja tiegħu mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn