Taqbeż barra mit-tieqa biex taħrab mill-vjolenza domestika

Mara spiċċat taqbeż barra minn tieqa biex taħrab mill-vjolenza domestika.

Dan ħareġ minn każ fil-Qorti fejn raġel ta’ 47 sena ġie arrestat u akkużat li weġġa’ l-isieħba tiegħu u li pprova jwaqqafa milli tixhed. Hu qed iwieġeb mhux ħati.

Fil-Qorti l-allegata vittma qalet li kienet qed taħfer lill-akkużat, però l-każ xorta se jibqa’ għaddej peress li l-proċeduri kriminali ma jistgħux jieqfu f’dan l-istadju.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000. Il-Qorti ordnat divjett fuq l-isem tal-persuni involuti fil-każ.