Aġġornata: Taqbad Villa Bologna f’Ħ’Attard; ma jweġġa’ ħadd

Ħadd ma weġġa f’nirien li ħakmu Villa Bologna, f’Ħ’Attard. In-nirien kienu kkontrollati f’ħibn qasir.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li fid-9am, il-Pulizija saret taf bin-nar li kien feġġ fil-ġonna tal-villa.

Il-Villa għandha l-għola forma ta’ protezzjoni storika u hi kkunsidrata monument nazzjonali. Il-villa nbniet bi stil Barokk, fl-1745, meta Malta kienet għadha f’idejn il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Din il-binja għandha ġonna kbar, b’numru ta’ funtani u vaska. Waħda mill-funtani magħrufa bħala l-Funtana tad-Denfil. Fl-1920 żdiedet faċċata ġdida stil Art Nouveau fin-naħa ta’ wara tal-villa, u l-ġonna tkabbru iżjed.