Taqbad karozza l-Furjana

Karozza fi Triq l-Iljun, il-Furjana, ħadet in-nar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.
Hi qalet ukoll li qed issir inkjesta.