F’Ohio: Taqbad id-dar; imutu 5 itfal

Omm min Ohio kienet l-unika waħda li ħelsitha ħafif hekk kif id-dar tagħha ħadet in-nar. Fil-ħin tan-nar kien hemm il-ħamest itfal tagħha li sfortunatament inqabdu ġewwa u ma setgħux joħorġu.

Uffiċjali ta’ kontra n-nar marru fuq il-post hekk kif irċevew telefonata għall-għajnuna. L-omm irnexxielha toħroġ barra minn darha hekk kif qabżet mit-tieqa li kellhom fit-tieni sular. It-tfal li kellhom disa’ snin, tliet snin, sentejn u tewmin ta’ sena. Tnejn minnhom mietu mal-ewwel fuq il-post, iżda l-bqija mietu l-isptar fejn kienu qed jirċievu l-kura.