Taqbad blokka appartamenti fiċ-Ċina; imutu 13

Nar fi blokka appartamenti fiċ-Ċina qatel 13-il persuna u darab 27 oħra kmieni dalgħodu.
Il-blokka ta’ appartamenti magħrufa bħala Carina Plaza fil-belt Ho Chi Minh ħadet in-nar għall-ħabta tas-1am. In-nar beda fil-kantina tal-blokka u kompla jinxtered mal-binja kollha, li fiha jgħixu mijiet ta’ residenti.
Il-maġġoranza tal-vittmi mietu minħabba duħħan fil-pulmun, imma nstabu oħrajn li mietu għax qabżu minn twieqi f’sulari għoljin sabiex jevitaw in-nar.
Min-naħa l-oħra, il-persuni kollha li ndarbu huma stabbli.
Aktar minn 30 vann tal-protezzjoni ċivili, u 200 ħaddiem tas-salvataġġ issejħu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Huma rnexxielhom jitfu n-nirien kompletament f’siegħa.
Ritratt: Reuters/Stringer