Taqa’ żewġ sulari għax xurbana; tissielet għal ħajjitha

Mara weġġgħet serjament wara li waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari fi propjetà privata fi Triq Dragunara, San Ġiljan.
L-inċident li kien jinvolvi mara mill-Awstrija ta’ madwar 23 sena seħħ għall-ħabta tas-7am.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara, li kienet ma' grupp ta' ħbieb, kienet xurbana. 
Infurmati wkoll li qed tissielet għal ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. 
Pulizija u Ambulanza ssejħu fuq il-post fejn taw l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħdet immedjatament Mater Dei.