​Taqa’ t-talba ta’ estradizzjoni ta’ Malti lejn il-Litwanja

Malti akkużat b’diversi frodi mistenni jinħeles mill-ħabs wara li l-Qorti Maltija qalet li jekk ir-raġel jintbagħat il-Litwanja skont l-ordni tal-arrest, allura r-raġel jista’ jkun suġġett għal tortura jew trattament inuman.
Il-Malti qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Litwani fejn kien qed jiffaċċja l-possibiltà ta’ estradizzjoni lejn dan il-pajjiż.
Ir-raġel, Angelo Spiteri kien ġie arrestat fil-Litwanja f’Diċembru tal-2015.
Il-Qorti Maltija qalet li hemm biżżejjed evidenza oġġettiva li turi li l-kundizzjonijiet tal-ħabs fil-Litwanja mhumiex addattati u jistgħu iwasslu għal trattament mhux dinjituż. Għalhekk ordnat li l-ewwel rimedju għandu jkun li jiġi irtirat l-ordni tal-arrest fil-konfront tal-Malti.  Mhux eskluż li r-raġel jinħareġ mill-ħabs iktar tard illum stess.