Taqa’ siġra u timblokka t-triq lejn ir-Rabat

Ħadd ma weġġa' kmieni waranofsinhar, wara li trakk laqat siġra ta' tip prinjola fi Triq is-Saqqajja fir-Rabat.
Hekk kif irċieva s-sejħa, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rrefera l-każ lill-Environmental Landscapes Consortium (ELC) li  ġabru s-siġra mit-triq.
Ma' Newsbook.com.mt, kelliema għall-ELC ma setgħetx tagħti dettalji dwar it-tip u ż-żmien tas-siġra.
Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.