Aġġornata: Tweġġa’ gravi; waqgħet f’gandott

Mara weġġgħet gravi wara li waqgħet 7 filati fi Triq Mountabatten fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għal ħabta tal-11.30am.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-ambulanza kienu fuq il-post biex jassistu l-mara ta’ 57 sena li waqgħet f’gandott fl-istess triq. Hi ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.