Taqa’ parti minn gallerija waqt il-purċissjoni fil-Belt

Ħadd ma’ weġġa’ meta waqgħet parti minn gallerija fil-Belt Valletta waqt li kienet għaddejja l-purċissjoni tad-Duluri.
Eżatt meta waslet l-istatwa tad-Duluri ħdejn il-gallerija, parti minnha waqgħet. Jidher li żagħżugħa li kienet fil-qrib ma ntlaqtitx għal pulzier.
Persuni li kienu fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-biċċa li waqgħet "għamlet ħoss mhux ħażin".
Il-pulizija li kienu fuq il-post ħadu azzjoni immedjata biex in-nies ma jersqux ħdejn il-gallerija.
Il-purċissjoni oriġinarjament kellha ssir il-Ġimgħa, imma saret illum minħabba li kien maltemp dakinhar.
Ritratti: Ian Noel Pace