Fil-periklu tal-mewt: Taqa’ parti minn ċinta ta’ bejt fuqu

Malta Police Force

Niġerjan ta’ 23 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuqu f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ dalgħodu ftit wara t-8.30am fi Triq Żinżel.

Il-Pulizija ikkonfermat li ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.