Taqa’ parti mill-pont ta’ Brooklyn – Iweġġgħu 5 persuni

Maltempata qawwija fi New York ġabet magħha ħafna inċidenti, bl-aktar wieħed gravi jkun fi Brooklyn hekk kif bi sbrixx ġiet evitata traġedja. 
Ħames persuni weġġgħu meta waqgħet parti mill-famuż pont ta’ Brooklyn, li jgħaqqad din iż-żona ma’ Manhattan.
Fil-ħin li mill-pont beda jaqa’ l-ġebel, il-vittmi kienu qed jistkennu taħt il-pont mix-xita.
Il-maltemp jidher li se jibqa’ jippersisti anke fis-sigħat li ġejjin bl-awtoritajiet Amerikani ħarġu twissija minħabba ilmijiet kbar.
Skont it-tbassir tat-temp, għada l-Ġimgħa, jum l-Indipendenza fl-Istati Uniti, mill-kosta tal-lvant mistenni jasal Arthur, l-ewwel uragan tal-istaġun.