Aġġornata: Taqa’ parti mil-lift tal-Barrakka, jindarab raġel

Il-lift li jwassal mill-Barrakka ta’ fuq għax-xatt tal-Belt jinsab magħluq wara li waqgħat ħadida fuq raġel ta’ 56 sena.

Dan ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li qed isofri ġrieħi ħfief u kellu bżonn xi punti.

Transport Malta qalet li l-ħsara saret wara li wieħed mill-kabini tal-lift waqaf jaħdem ħesrem bħala miżura tas-sigurtà. Meta seħħ dan, waqgħet ħadida mis-saqaf, li ġiet fuq ir-raġel.