Taqa’ minn fuq sellum f’Wied il-Għajn; Tweġġa’ gravi

Malta Police Force

Mara weġġgħet gravi wara li waqgħet minn fuq sellum f’Wied il-Għajn.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-5pm f’residenza fi Triq l-Imriekeb. Il-mara ta’ 40 sena waqgħet għoli ta’ madwar sular hi u nieżla minn fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.