Taqa’ mill-quad bike u tweġġa’ gravi

Mara weġġgħet gravi hekk kif waqgħet mill-quad bike wara li r-raġel li kien qed isuq il-quad bike tilef il-kontroll u ħabat ma’ crash barrier.
Il-mara minn Birkirkara għandha 27 sena filwaqt li s-sewwieq tal-quad bike huwa raġel ta’ 29 residenti Birżebbuġa.
L-inċident seħħ fi Triq Louis Wettinger fil-Mellieħa għall-ħabta tal-10.15am.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Ritratt: Arkivji