Aġġornata: Jitlef ħajtu wara li taqa’ karozza mill-Aħrax tal-Mellieħa

Raġel tilef ħajtu hekk kif karozza waqgħet mill-irdum tal-Aħrax tal-Mellieħa, qrib il-Kappella tal-Madonna tal-Aħrax ftit ’il barra mis-sit tal-ikkampjar.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija, ambulanza kif ukoll tabib.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30am.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace