Jaqa’ għoli ta’ 3 sulari fil-Ħamrun

Read in English.

Aġġornata 5.50pm

Raġel ta’ 25 sena mis-Sudan weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq Ġovanni Barbara.

Il-persuna ttieħdet l-isptar b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.