Aġġornata: Gravi r-raġel li waqgħet gallarija bih f’Tas-Sliema

Raġel ta' 32 sena ddaħħal Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li waqgħet bih gallarija f'tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:40am fi Triq l-Imrabat, u l-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li r-raġel huwa Serb.
Skont il-Pulizija, ir-raġel kien qed jaħmel xi xogħlijiet fil-gallarija, meta ċediet bih u waqa' m'għola sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-persuna l-Isptar Mater Dei.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Ritratt: Google Maps