Taqa’ bil-mutur; tweġġa’ gravi

Malta Police Force

Tfajla weġġgħet gravi wara li waqgħet bil-mutur fin-Naxxar.

L-inċident seħħ fil-11.20am fi Triq Tul il-Kosta. Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru fuq il-post u sabu li għal xi raġuni, żagħżugħa ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq u waqgħet, bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.

Jidher li l-mutur kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn il-Magħtab meta seħħ l-inċident. Is-sewwieqa tal-mutur ittieħdet l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.