Tappiera tikkawża inċident fix-Xemxija

Sewwieqa jiġbdu l-attenzjoni dwar tappiera perikoluża fix-Xemxija wara inċident bejn żewġ karrozzi. It-tappiera li tinsab fit-triq prinċipali fl-inħawi magħrufa bħala l-Pwales ilha mifxufa għal dawn l-aħħar ħmistax u kkaġunat ħabta bejn karrozza u vann.

Is-sewwieq tal-vann involuta fl-inċident telgħet ritratti fuq il-medja soċjali fejn qal li tilef il-kontroll tal-vettura hekk kif nfaqgħet tajer tar-rota minħabba t-tappiera. Konsegwenza t’hekk ikkawża inċident ma’ karozza oħra.

Bosta sostnew li apparti li din it-tappiera qed tkun ta’ periklu għas-sewwieqa b’mod partikolari matul il-lejl – qed tkun ukoll ta’ inkonvenjent għar-residenti u min iżur ix-Xemxija minħabba r-riħa insapportabbli ta’ drenaġġ.