Tappiera fil-Mellieħa tispiċċa l-Parlament

Tappiera fi Triq Lewis Wettinger, fil-Bypass tal-Mellieħa, qed toħloq inkonvenjent lir-residenti tal-madwar. Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, waqt seduta Parlamentari staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg, jekk tistax issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq din it-tappiera.

Dr Ian Borg qal illi Infrastruttura Malta, qed tikkomunika mal-entitajiet tas-servizzi li jinqdew bl-infrastruttura sabiex jiġu aċċessati n-networks ta’ din it-triq.

Il-Ministru fakkar li kull min ikollu xi diffikultà dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq,  jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 2334 1000, jew jibgħat email fuq info.infrastructuremalta.com.  Inkella jista’ jagħmel kuntatt permezz tal-paġna ta’ Facebook, Infrastructure Malta.