Tappella lill-UE tibni liġi ġdida Ewropea fuq liġi Maltija

L-Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola appellat lill-UE biex tieħu l-eżempju ta’ liġi Maltija u tużaha bħala bażi għal liġi ġdida Ewropea.
Il-liġi li qed tiġi diskussa bħalissa tittratta l-armi, b’Metsola tinsisti li wieħed m’għandux iħallat lil kollezzjonisti, dilettanti ta’ armi jew mużewijiet ma’ armi użati minn terroristi.
Appellat lill-UE biex tieħu l-eżempju tal-liġi Maltija f’dan il-qasam, biex ittejjeb rapport dwar dan il-qasam, tiġġieled l-illegalità u ddaħħal kontroll fuq l-armi mingħajr ma ddaħħal burokrazija jew aspettattivi żejda.
Metsola hi membru tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u dak tal-Libertajiet Ċivili u l-Ġustizzja fejn qed tiġi diskussa l-liġi ġdida.