Tappella biex l-Italja tissospendi l-koperazzjoni mal-Libja

Read in English.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet Umani fil-Kunsill tal-Ewropa, Dunja Mijatovic, ħeġġet lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Luigi Di Maio biex jipproteġi d-drittijiet umani fil-Memorandum of Understanding bejn l-Italja u l-Gwardja tal-Kosta Libjana.

Fl-ittra tagħha Mijatovic qalet li minkejja li hemm diskussjonijiet sabiex jitjiebu d-drittijiet umani, l-Italja hemm bżomm li taċċetta r-realtà tal-Libja u tissospendi il-koperazzjoni tagħha. Il-Kummissajru ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern Taljan biex jissalvagwarjaw l-introduzzjoni għall-koperazzjoni dwar l-immigrazzjoni ma’ pajjiżi tat-tielet dinja biex dawn jiggarantixxu rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

Hija rreferiet għar-rakkomandazzjonijiet tagħha bl-isem ‘Live Saved. Rights Protected. Bridging the protection gap for refugees and migrants in the Mediterrean’ u enfasizzat il-ħtieġa li jiġu assessjati r-riskji tad-drittijiet umani tal-immigranti u dawk li qed ifittxu ażil. Żiedet li hemm bżonn li jiġu żviluppati strateġiji li jnaqqsu r-riskji, li jiġu mfassalin mekkaniżmi ta’ moniteraġġ indipendenti u jiġu stabbiliti sistemi effettivi ta’ rimedju.

Hija kkonkludiet li min-naħa tagħha se tkun qed tkompli titlob għall-aktar solidarjetà mill-Membri Stati tal-Kunsill tal-Ewropa li bħall-Italja jinsabu fuq quddiem fil-moviment tal-Immigranti fl-Ewropa. Żiedet li hemm bżonn ta’ aktar koperazzjoni sabiex tkun ippriservata l-ħajja u d-drittijiet umani ta’ dawn l-immigranti, kif ukoll li jkun hawn aktar tqassim tar-responsabilità tal-immigranti u l-iżbark fil-ħin ta’ dawk salvati.