Tappella biex fil-kurrikulu jiżdiedu l-istudji dwar il-paċi

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca appellat lill-awtoritajiet Maltin biex fil-kurrikulu tal-edukazzjoni jdaħħlu l-istudji dwar il-paċi.
Il-President saħqet li dan jassigura li l-ġenerazzjonijiet t’issa u futuri jitilgħu f’kultura ta’ paċi.
Fil-jum li fih id-dinja hija mistiedna tiftakar fil-vittmi tal-Olokawst, il-President saħqet li din il-ġurnata għandha tkun stqarrija favur il-paċi u l-inklużjoni, filwaqt li qalet li għandha tkun opportunità li niftaħru fit-tbatija u s-sofferenza ta’ miljuni ta’ persuni li kienu trattati bl-aktar mod degradanti fil-passat.
It-tema magħżula mill-Ġnus Magħquda għal din is-sena li hi “Responsabbiltà tagħna” u l-President qalet li dan juri l-messaġġ li l-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà ppruvat twassal permezz tal-programm speċjali ta' attivitajiet f'diversi skejjel.
Il-President semmiet li ħafna huma dawk li jaħarbu mill-ġlied u l-persekuzzjoni iżda fakkret ukoll li hemm nies madwarna, fil-komunitajiet li ngħixu fiha, li jħossuhom l-istess, esklużi u li jsofru l-vjolenza domestika jew forom oħra ta' abbuż.
Il-President stqarret li "din hija wkoll vjolenza u m'għandha l-ebda post fil-kultura ta' paċi Maltija”.