Tanya Roberts għadha ħajja!

Charlies Angels
Tanya Roberts, Jaclyn Smith u Cheryl Ladd f'Charlie's Angels

Read in English.

Wara li lbieraħ kelliema għall-attriċi Tanya Roberts tas-sensiela Charlie’s Angels u That 70’s Show ħabbar li hija kienet mietet, issa ħarġet l-aħbar li l-informazzjoni kienet waħda żbaljata u li l-attriċi tinsab ħajja, għalkemm saħħitha tinsab batuta ħafna.

Il-media internazzjonali kollha rrappurtat l-aħbar li kien ħareġ Mike Pingel, l-aġent tal-attriċi ta’ 65 sena li ilha l-isptar minn Lejliet il-Milied kienet ħallietna.

Pingel qed isostni li l-informazzjoni ħariġha wara li kien is-sieħeb tal-attriċi, Lance O’Brien, li nfurmah li hija kienet miet.

Madanakollu l-isptar ċaħad din l-informazzjoni u b’hekk l-aġent tal-attriċi rtira l-aħbar li ħareġ lbieraħ.

Imwielda bħala Victoria Leigh Blum hija bidlet isimha għal Tanya Roberts u bdiet il-karriera bħala mudella qabel ma saret attriċi wara li ddebuttat fil-film Forced Entry tal-1975.

Apparti Charlie’s Angels u diversi produzzjonijiet oħra, Roberts kienet ukoll il-Bond Girl fil-film A View To A Kill tal-1985.