Tankijiet Amerikani u 3,000 suldat jaslu l-Polonja

Tankijiet mill-Istati Uniti, vetturi militari flimkien ma’ iktar minn 3,000 suldat tal-Istati Uniti bdew jaslu l-Polonja dalgħodu.
Deputat Kmandant tal-US European Command qal li dawn huma biss parti mill-isforzi li qed isiru biex igerrxu l-aggressjoni Russa filwaqt li jassiguraw integrità territorjali mal-alleanzi tagħhom.
Barra minn hekk, qal ukoll li dawn l-isforzi għandhom l-għan li jżommu l-Ewropa libera, magħquda u fil-paċi.
Il-wasla tagħhom seħħet biss ġranet qabel l-inawgurazzjoni ta’ Donald Trump li ta x’jifhem li jixtieq isaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ Moska.
Iktar minn 80 tank u mijiet ta’ vetturi militari diġà waslu l-Ġermanja u bħalissa qed jiċċaqilqu lejn il-Lvant tal-Ewropa permezz tat-trasport bit-triq u l-ferrovija.