Tanker taż-Żejt Iranjan imwaqqaf f’Ġibiltà

Id-dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan ħareġ mandat ta’ qbid għal tanker taż-żejt Iranjan, ġurnata biss wara li Imħallef f’Ġibiltà ordna r-rilaxx tiegħu.

Il-Grace 1 supertanker li qed iġorr 2.1miljun barmil żejt kien miżmum fuq suspett li qed jittrasporta żejt illegali lejn is-Sirja.

Tentattiv aħħari mill-Amerikani li jżomm it-tanker taż-żejt kienu miċħuda minn Ġibiltà. Il-Gvern Iranjan sejjaħ it-tentattiv Amerikan bħala interċettazzjoni illegali.