Tanker fi triqtu lejn Malta f’ħabta ma’ vapur Malti fil-baħar Eġew

Vapur tal-passiġġieri reġistrat Malta, kien involut f’ħabta ma’ tanker fi triqtu lejn Malta.
Il-vapur tal-passiġġieri Louis Cristal kien qed ibaħħar mill-Greċja għat-Turkija waqt li t-tanker kien fi triqtu lejn Malta mir-Russja.
Il-ħabta seħħet kmieni dalgħodu qrib Gallipoli fil-baħar Eġew.
Mal-impatt seħħet splużjoni fuq it-tanker. Huwa rrappurtat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident minkejja li mat-850 passiġġier abbord il-vapur tal-passiġġieri kellhom jiġu evakwati.