Tancred Tabone jirriżenja minn President tal-Kamra tal-Kummerċ

Tancred Tabone rriżenja minn President tal-Kamra tal-Kummerċ.

F’ittra ta’ riżenja lill-Kunsill Malti tal-Kamra tal-Kummerċ, Tancred Tabone talab għar-riżenja tiegħu minn kariga ta’ president ta’ din l-istess entita’.

Huwa semma’ diversi raġunijiet għalfejn hu ħass li għandu jirreżenja. Fl-ittra, is-sur Tabone rringrazzja lil dan il-Kunsill għax-xogħol kollu li sar. Tancred Tabone huwa wieħed mill-uffiċċjali li ssemma’ fi stħarriġ tal-pulizija dwar xiri ta’ żejt mill-EneMalta.

Il-kariga ta’ president issa ser tingħata lil Stefano Mallia.