Tammetti li serqet envelop bil-flus mingħand min stedinha għat-tè

Żagħżugħa ta’ 30 sena mill-Belt ammettiet quddiem il-Maġistrat li hi ħatja li serqet envelop bi flus kontanti mid-dar ta’ mara oħra fiż-Żejtun.
Iż-żagħżugħa kienet mistiedna għat-tè għand il-mara meta rat envelop li kellu €550 fuq il-mejda.
Il-Maġistrat talbet lis-servizzi soċjali biex jagħmlu rapport dwar il-mara qabel hi tagħti s-sentenza.
Iż-żagħżugħa ngħatat libertà proviżorja wara l-ħlas ta’ €1,000 fi pleġġ.