Tammetti li bix-xhieda falza bagħtet lil missierha l-ħabs

Bint Emanuel Camilleri, li kien ikkundannat sentejn priġunerija, wara l-allegazzjonijiet li abbuża sesswalment minn bintu, ammettiet fil-Qorti, li kienet xehdet falz fil-konfront ta’ missierha.
Camilleri nħeles temporanjament b’ordni mill-Qorti Kostituzzjonali wara li kien diġà qatta’ 400 jum fil-ħabs. Dan wara li allegatament bintu qalet li ġiet imġiegħla minn ommha biex tixhed falz kontra missierha.  
Il-każ ġie diferit għax-xahar id-dieħel biex it-tfajla tkun tista’ terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. Sadanittant il-Qorti ordnat biex jiġi ppreparat ir-rapport ta’ qabel is-sentenza.
Il-każ ta’ Emanuel Camilleri jiġi deċiż wara li jingħalqu l-każi ta’ bintu u tal-eks mara tiegħu, li qed tiġi akkużata wkoll b’xhieda falza.