Filmat: Tama t’Għodwa – il-kanzunetta ta’ Malta għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Brażil

Baqa’ 85 ġurnata biex grupp ta’ 70 żgħażagħ Maltin imorru lejn il-Brażil biex jingħaqdu ma’ iktar minn żewġ miljun żagħżugħ u żagħżugħa minn ħafna pajjiżi tad-dinja biex jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Għal din l-okkażjoni, il-kanzunetta uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li hi bil-lingwa Portugiża, ġiet adattata għall-Malti bl-isem ta’ “Tama t’Għodwa” minn Patri Ugolin, patri Franġiskan li kien missjunarju fil-Brażil.

Il-kantanti huma sitt żgħażagħ, tliet Maltin u tliet Għawdxin kollha ġejjin minn esperjenzi differenti tal-ħajja.

Il-messaġġ ewlieni tal-kanzunetta huwa ta’ stedina liż-żgħażagħ biex imorru fuq missjoni u jxerrdu l-valuri Kristjani.

Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet f’Rio de Janiero fil-Brażil se jingħaqad ukoll il-Papa Franġisk.

 

Ritratti: Photocity, Valletta