Tama mill-istudenti għal dan il-Milied

L-istudenti universitarji u tal-MCAST dan il-Milied qegħdin jaraw kif jistgħu jagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà.  

L-għaqda universitarja MKSA qiegħda torganizza avveniment ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem ‘Give Hope This Christmas’. Il-flus li ħa jinġabru ħa jingħataw lil Smiling with Jerome. Din l-organizzazjoni tagħti sapport lil persuni li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli ta’ mard fosthom il-kanċer.

Smiling with Jerome nediet inizjattiva li tipprovdi lil irġiel, nisa u tfal li qegħdin jieħdu l-kimoterapija basket mimli affarijiet li jkun ta’ għajnuna għalihom f’ dan iż-żmien diffiċli. Kull basket jiswa €50.

Għal din l-inizjattiva ngħaqdu mal-MKSA 16-il organizzazjoni oħra. L-għaqdiet huma ELSA Malta, GUG, Falcons RFC Malta, Kavallieri Rugby Football Club, UM Wolves RFC Malta, MBSA – Medical Biochemistry Students’ Association UOM, Chaplaincy Uni, MMSA, University of Malta Racing, University of Malta Rowing Club,UM Futsal, SDM, Pulse, ESA, ESO u l-Għaqda tal-Malti.

Tista’ tagħti donazzjoni sat-23 ta’ Diċembru. Id-donazzjoni ta’ €2 jew aktar tista’ tingħata permezz ta’ Revolut fuq in-numru +35699534352 jew permezz tal-IBAN number: MT84VALL22013000000040019517421.Facebook URL

🌟 𝑻𝒉𝒆𝒚'𝒓𝒆 𝒈𝒊𝒗𝒊𝒏𝒈 𝒉𝒐𝒑𝒆 🌟

A message from some familiar faces who are encouraging YOU to give hope this Christmas.𝑯𝒐𝒘 𝒄𝒂𝒏 𝒚𝒐𝒖 𝒉𝒆𝒍𝒑 𝒖𝒔 𝒈𝒊𝒗𝒆 𝒉𝒐𝒑𝒆?Donations are accepted via:- Revolut: +35699534352- IBAN: MT84VALL22013000000040019517421 Please leave your name and mobile number with your donation, and stay tuned for our live stream on the 24th of December, right here on our Facebook page.More information can be found here: https://www.facebook.com/mksa.uom/posts/10158773207862902 Special thanks goes to: Frank ZammitMark Laurence ZammitEileen MontesinMaxine AquilinaChrysander AgiusJames RyderChristine HaberHoward Keith DebonoGaffiero Ivan Hannah GiacchinoJosette FrendoSmiling with Jerome

Posted by MKSA – Media & Knowledge Sciences Association on Saturday, December 5, 2020

Skorja għall-Istrina

Il-Kunsill Studenti Mcast qiegħed jistieden liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw f’logħob tal-futbol 5-A-side. Il-flus li ħa jinġabru ħa jmorru kollha għall-Istrina.

Matul dan it-tournament ħa jipparteċipaw studenti u organizzazzjonijiet studenteski kontra xulxin. It-tournament ħa jinqasam fuq jumejn. Kull parteċipant irid iħallas €5.