Tama ġdida għal koppja anzjana li ġiet misruqa

Advocacy for Legacy (A4L) ingħaqdet ma’ Caritas Malta sabiex jiġbru donazzjonijiet għal koppja anzjana li nsterqet fil-jiem li għaddew.
Il-fundatur tal-A4L Jesmond Saliba, stqarr li ħass il-bżonn li jieħu azzjoni u jara kif jgħin lil din il-koppja li tilfet kollox.
Matul dan ix-xahar, il-pubbliku jista’ jagħti donazzjoni li se tmur direttament għall-koppja permezz ta’ għotja lill-Caritas.
In-numru tal-kont tal-Bank of Valletta huwa:
BAN MT24 VALL 2201 3000 0000 1860 5345 026
BIC/SWIFT: VALL MTMT
Id-donazzjonijiet jintlaqgħu sat-30 ta’ Mejju.
A4L hija impenjata li ġġib ‘il quddiem l-opportunitajiet għal kulħadd fis-soċjetà Maltija, b’mod speċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli.