Talllinja Card: Skont fuq muturi elettriċi

B’Tallinja Card issa jkollok roħs ta’ 20% fuq vjaġġi bl-Ioscoot, flotta ta’ muturi elettriċi.

Fi stqarrija m’għand Malta Public Transport, ġie spjegat li min għandu Tallinja card issa jħallas rata ta’ 20 ċenteżmu fil-minuta. Barra minn hekk, tista’ tħallas għas-servizz tal-Ioscoot direttament mill-kreditu fil-kont tiegħek.

Tista’ tirreġistra t-Tallinja Card tiegħek bħala metodu ta’ ħlas fuq l-applikazzjoni tal-mowbajl li jisimha Meep, u tkun tista’ tibda tuża l-muturi elettriċi. Permezz tal-app, tista’ ssib l-eqreb mutur elettriku, u ssuq sad-destinazzjoni tiegħek. Barra minn hekk, jista’ jkollok passiġġier ieħor miegħek. L-elmu jkun provdut mal-mutur.

Bħalissa, il-flotta qiegħda stazzjonata f’San Ġiljan, Tas-Sliema, l-Imsida, u l-Belt Valletta, iżda l-passiġġieri mhumiex marbuta li jsuqu biss f’dawn iż-żoni.