Tallinja Card użata minn 300,000 persuna

300,000 persuna rreġistrat għall-Tallinja Card fit-tliet snin li ilha li tnehdiet din is-sistema. Dawn il-klijenti qed jibbenefikaw minn rati inqas ta’ ħlas meta jiġu biex jużaw is-servizz pubbliku ta’ trasport.

Dan il-kunċett innovattiv għal Malta għamilha aktar faċli għall-klijenti li jużaw it-trasport pubbliku. Daniel Grech, id-direttur kummerċjali ta’ Transport Malta qali li permezz ta’ dan, l-istennija biex tħallas fuq tal-linja naqas u m’għadx hemm il-bżonn li jkollok il-muniti fuqek biex tħallas lix-xufier.

Is-Sur Emanuel Farrugia kien il-persuna ffortunata li rreġistra bħala t-300,000 klijent u għalhekk inagħtalu l-aċċess li juża s-servizz pubbliku b’xejn għal sena sħiħa.