Tallinja b’servizzi speċjali għall-jiem tal-karnival

Read in English.

Bejn il-Ġimgħa 21 ta’ Frar u l-Ħadd 23 ta’ Frar, Tallinja se tkun qed twassal servizzi speċjali mit-terminus tal-Belt Valletta.

Il-Ħadd 23 ta’ Frar min-nofsinhar ‘il quddiem se tiżdied il-frekwenza li s-servizz jaħdem f’diversi lokalitajiet. Ir-rotot effettwati huma

Route 31 għal Buġibba

Route 46 għall-Għargħur

Route 48 għal Buġibba

Route 49 għall-Għadira Bay

Route 61 għal Żebbuġ

Route 62 għas-Siġġiewi

Route 71 għaż-Żurrieq

Route 82 għal Birżebbuġa

Route 84 għaż-Żejtun

Route 91 għal Marsaskala

Jekk qed tivvjaġġa lejn Valletta minn Tas-Sliema jew San Ġiljan, tista’ wkoll tibbukkja it-TD Plus Vus permezz tal-app Tallinja. Il-vjaġġ jiswa’ €2 għall-persuna li tibbukkja u €1 għal kull persuna oħra li takkumpanjaha.

Servizz speċjali f’Għawdex

Hemm ukoll rotot speċjali f’Għawdex miċ-Ċirkewwa, l-iMġarr, ir-Rabat u loaklitajiet oħra lejn in-Nadur. Se jkun hemm ukoll shuttle service bejn l-iMġarr u n-Nadur bejn is-7 u nofsillejl. Aktar informazzjoni bil-ħinijiet eżatti tista’ tinkiseb billi tagħfas hawn.