Tallinja app: 10,000 download fi 3 ijiem

L-app il-ġdida li nediet il-Malta Public Transport, ‘tallinja’ kienet downloaded iktar minn 10,000 darba fi tlett ijiem.
Permezz ta’ din l-app, li hi b’xejn, min min juża t-trasport pubbliku jista’ jkun jaf kemm fadallu jistenna biex tasal tal-linja. Il-funzjoni ewlieni tagħha hi li tagħti informazzjoni fil-ħin attwali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku.
Il-General Manager ta’ Malta Public Transport Konrad Pulé qal li n-numru ta’ downloads fl-ewwel ftit ġranet hi inkoraġġanti u qal li l-kumpanija rċiviet kummenti pożittivi mingħand il-klijenti regolari dwar l-app.
Saħaq li Malta Public Transport hi kuntenta li din l-app qed tkun ta’ użu għall-klijenti.
It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lis-sistema ċentrali.
Is-servizz tal-app hu aċċessibbli wkoll għal min m’għandu smartphone billi jibgħat SMS fuq 50611010 bin-numru tal-waqfa fil-messaġġ biex jirċievu lista ta’ karozzi tal-linja li jkunu se jaslu f’din il-waqfa fin-nofs siegħa li jmiss.