Tallega li tfajla ta’ 14-il sena attakkat anzjana

Persuna fuq Facebook qed tallega li n-nanna tagħha kienet attakkata quddiem il-bieb tad-dar tagħha minn tfajla ta’ 14-il sena.
Qalet li t-tfajla li attakkatha u ż-żewġ tfajliet li kienu magħha apparentament huma mill-Marsa u li kienu qed jgħaddu minn Triq San Vinċenz fil-Ħamrun, it-triq ta’ wara l-kunsill lokali l-ġdid.
Hi qed tappella lil dawk li jafu min għamel dan jew li jafu minn hi t-tfajla li attakkat lil nannitha biex jagħmlu rapport.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma rċivew ebda rapport dwar dan.