Tallarmax ruħek jekk rajt daħna kbira

Diversi persuni nħasdu wara li semgħu splużjoni kbira u raw daħna sewda tiegħla mill-Kalkara.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li diversi nies ċemplu lill-awtoritajiet allarmati b’dak li semgħu u raw.
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-isplużjoni kienet waħda kontrollata u li saret bħala parti minn filming li qed isir fil-Forti Rinella.
Id-daħna dehret minn diversi akwati madwar Malta.
Għandek xi ritratti jew filmati? Ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt
Ritratt: Nicholas Bonello