Taljana tixhed fil-Qorti kif ġiet stuprata minn żewġ Somali

Żewġt irġiel Somali qed isostnu li mhux ħatja li fil-25 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet stupraw mara Taljana ta’ 21 sena f’Ħal Far.
Il-vittma xehdet li dakinhar għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu fil-Furjana, kienet se taqsam it-triq meta resqet karozza lejha u xi ħadd daħħalha fiha.
Sostniet li ċemplet lil ħuha li ma bediex jifhem x’kien qed jiġri.
Sostniet li kienu sejrin lejn Ħal Far meta fil-Marsa, raġel minnhom qabadha minn għonqha u beda jheddida li se tmut iżda intilfet minn sensieha.
Qalet ukoll li aktar tard wieħed mill-akkużati stupraha u wara ġiet stuprata mir-raġel lieħor.
Sostniet li sadanittant l-ewwel raġel beda jpejjep sigarett u ftit wara spiċċat barra fit-triq fejn telqet tiġri kemm felħet.