Taljan se jintbagħat lura pajjiżu minħabba tbagħbis ta’ flus

Taljan se jiġi estradit lejn pajjiżu wara li affaċċja akkużi relatati ma kriminalità organizzata, speċifikament il-ġbir ta’ flus b’mod illeċitu.
Ir-raġel ta’ 33 sena li joqgħod in-Naxxar kien arrestat Malta wara li l-Qorti ta’ Palermo ħarġet mandat t’arrest Ewropew għar-raġel.
It-Taljan allegatament irnexxielu jaħrab lill-Pulizija Taljana wara tfittxija li wasslet għall-arrest ta’ 30 persuna, inkluż Benedetto Bacchi, li kien jikkontrolla grupp ta’ 700 ħanut tal-logħob tal-azzard fl-Italja.
It-Taljan qed jinżamm taħt arrest sakemm isseħħ l-estradizzjoni.