Taljan residenti Malta jipprova jesporta karozza mikrija lejn il-Libja

Raġel Taljan residenti n-Naxxar ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li pprova jesporta lejn il-Libja karozza mikrija.

Ir-raġel li għandu 24 sena kien mifthiem ma’ Malti biex ibigħ il-karozza. Il-Malti min-naħa tiegħu kien se jesporta l-karozza lejn il-Libja.

L-akkużat xtara BMW mill-Libja u wasal Malta biha, it-Tnejn li għadda, permezz ta’ katamaran.

Dan kien imur kontra l-kundizzjonijiet tal-kumpanija tal-kiri, għax il-karozza ma kelliex toħroġ barra mill-Italja.

L-akkużat inqabad mill-Pulizija waqt li kienu qed jiċċekjaw il-vetturi.

It-Taljan ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.